Fit-Tanzanija bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ salvataġġ wara li ajruplan kummerċjali ġġarraf ġol-akbar xmara fil-kontinent Afrikan qrib l-ajruport ta’ Bukoba.
Il-midja fit-Tanzanija qed tirrapporta li l-ajruplan iġġarraf kawża ta’ maltemp qawwi.
S’issa, 15-il persuna ġew salvati, madanakollu, għadu mhux magħruf kemm kien hemm nies abbord l-ajruplan u jekk hemmx xi persuni li tilfu ħajjithom.
Il-President tat-Tanzanija appella għall-kalma hekk kif għadhom għaddejjin it-tfittxijiet, filwaqt li għadda messaġġ ta’ kuraġġ lill-familji milquta minn dan l-inċident.