Dokumenti sensittivi li One News għandu kopja tagħhom u li jkunu ippreżentati fil-mument opportun, juru li anke s-sena li għaddiet, John Zammit tħallas minn fondi Ewropej filwaqt li ħadem għall-Partit Nazzjonalista.
John Zammit huwa strateġist ewlieni ta’ Simon Busuttil. Jiktiblu d-diskorsi, l-editorjali kattivi fuq il-midja tal-partit u jżomm kuntatt ma’ Daphne Caruana Galizia.
Simon Busuttil qed jipprova jagħti l-impressjoni li l-paga ta’ John Zammit toħroġ skont ir-regoli. Dwaru qal “John Zammit ghamel ftit zmien impjegat ma MEP PN, imma ilu aktar minn sena impjegat lura llum mal PN fulltajm.”
Iżda d-dokumenti li għandna f’idejna juru li Simon Busuttil qed jigdeb.
Is-sena li għaddiet biss, John Zammit tħallas €28, 358. Is-salarju ħareġ mill-uffiċċju ta’ Therese Commodini Cachia. B’hekk mhux kif qalu Commodini Cachia u Simon Busuttil li s-sena l-oħra Zammit mar lura fuq il-kotba tal-PN.
Fi kliem ieħor l-iskema frodi kienet għada għaddejja bħal ma kienet għaddejja fi snin ta’ qabel. Il-flus Commodini Cachija għaddijomla l-Parlament Ewropew ikun għaddila biex tagħmel xogħol marbut mal-Parlament Ewropew.
Iżda, bħala parti mill-iskema frodi tal-Parlament Ewropew li qed iħaddem il-Partit Nazzjonalista Zammit jaħdem għal Simon Busuttil u jħallsu ċ-ċittadini mill-flus tal-Unjoni Ewropea.
Intant, anke fis-snin ta’ qabel Zammit kien qed jaħdem għall-PN filwaqt li jitħallas minn flus tal-Ujoni Ewropea.
Din l-istess bħalma titħaddem l-iskema tal-uffiċji. Fejn flus għal uffiċċji fil-kostitwenza jgħaddu għand il-Partit Nazzjonalista anke jekk dan hu kontra r-regoli Ewropej.
Simon Busuttil kien sfidat iktar minn darba biex jieħu dan il-każ, li spiċċa fil-midja barranija, għand l-istituzzjonijiet Ewropej. Iżda, sa issa dejjem ħarab. Inkluż it-Tnejn filgħodu l-għada li ħarġu l-aħħar żviluppi. Busuttil qal biss: “ippermetili, għaliex John Zammit huwa impjegat tal-Partit Nazzjonalista.”
L-attitudni li qed jieħu f’dan il-każ Simon Busuttil hija l-istess bħal dik li ħa fil-każ tal-invoices foloz biex jitħallsu l-pagi tal-Kap Eżekuttiv, meta ħa l-Kummissjoni Elettorali quddiem il-Qorti.