Grupp ta’ żgħażaħ mill-programm tas-Sajf Aġenzija Żgħażagħ fil-Kottonera għażlu li jingħaqdu u jiġbru l-iskart minflok qattgħu jum ħdejn il-baħar jilgħaqu x-xemx u forsi jaqbżu qabża l-baħar.
Is-17-il żagħżugħ u żagħżugħa flimkien ma’ sitt persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ ġabru madwar 20 borża ta’ skart fil-Birgu.
Fuq il-paġna ta’ Facebook, il-paġna AŻ at Kottonera Youth Cafè spjegat kif meta nħarsu madwarna u nisimgħu negattività dwar min qed iħammeġ l-ambjent, għandna niftakru wkoll li hemm żgħażagħ b’enerġija li flok marru jaqbżu qabża jgħumu, ddedikaw filgħodu jagħmlu azzjoni pożittiva.
Huma rringrazzjaw lill-Kunsill Lokali Birgu tal-kollaborazzjoni.