Fl-aħħar sigħat bdew jinġabru fondi għas-Surġent tal-Pulizija wara li l-Qorti Ċivili sabitu ħati li kkaġuna danni fuq sewwieq wara sparatura li tmur lura 21-il sena ilu f’Tas-Sliema, fl-20 ta’ Settembru 1995.
Fl-2012, il-Qorti Ċivili sabet ħatja lil Sciberras u talbitu jħallas lis-sewwieq is-somma ta’ €33,878. Kien hawnhekk li l-pulizija appella mis-sentenza bil-Qorti tal-Appell tnaqqas s-somma għal €23,626. Madankollu ċ-ċifra xorta tlaħħaq it-€30,000 hekk kif il-Qorti ordnat li jħallas l-imgħax li jibda jakkumula mid-19 ta’ Ġunju, 2012, data tal-ewwel sentenza.
Il-kont tal-bank huwa:
HSBC Account Number 056-183148-050
BIC Number- mmebmtmt
IBAN Number – mt92mmeb44565000000056183148050
Din l-inizjattiva kienet tal-Police Officers Union fi ħdan il-General Workers’ Union. one.com.mt tkellem mal-President ta’ din Union, Sandro Camilleri, u qalilna kif jaħsibha dwar dan il-każ.
https://youtu.be/0X2v7sx0I1c
Aqra wkoll: SPARATURA F’TAS-SLIEMA: Pulizija ordnat iħallas €23,000