L-għaqda li ssalva l-annimali, Animal Guardians Malta, kellhom jiġbru għadd ta’ qtates li tħallew f’residenza waħedhom wara li sidhom, li kien anzjan u spiċċa ma jiflaħx, ittieħed minn daru għall-kura.
L-istess għaqda spjegat kif minkejja l-kundizzjonijiet li kien jgħix fihom l-anzjan, il-qtates kienu jidhru li kienu mitmugħin sew.
Wara li ttieħdu mir-residenza, l-għaqda għażlet li kull qattus jgħaddi minn proċess ta’ tiswija hekk kif kienu għadhom mhux operati.
Spjegaw kif issa dawn il-qtates, li nstabu f’saħħa tajba, ngħataw għand volontarji li se jieħdu ħsiebhom temporanjament sakemm tinstabilhom familja xierqa.
F’post li tellgħu fuq Facebook, l-għaqda spjegat kif sfortunatament l-anzjan kien jgħix f’kundizzjonijiet mhux xierqa, tant li anke skanetri ta’ frieħ ta’ qtates instabu fost l-oġġetti li kien iżomm mad-dar kollha.
L-għaqda appellat għall-għajnuna, biex il-pubblika jagħti donazzjoni kemm jista’ sabiex l-għaqda tkun tista’ tgħin aktar każijiet ta’ annimali fil-bżonn.
Revolut: 00356 79401186
Paypal: paypal.me/saveacat2021
Ċekkijiet għandhom jinkitbu fuq: Animal Guardians Malta u mibgħuta bil-posta fuq l-indirizz:
Animal Guardians Malta
P.O.Box 22,
Birkirkara. Malta.
Donazzjonijiet permezz tal-BOV:
Bank Account no. 4002340286-5
Animal Guardians Malta
IBAN: MT51 VALL 2201 3000 0000 4002 3402 865