Wara l-RS2, anke l-KPMG issa tefgħet ħarsitha lejn Għawdex.
Dan hekk kif il-kumpanija internazzjonali investiet biex fetħet uffiċċju f’Għawdex.
Is-senior partner tal-KPMG, Tonio Zarb, spjega kif inħasset il-ħtieġa li l-ħaddiema Għawdxin jingħataw l-opportunita li jaħdmu wkoll minn gżirithom.