Fetħu l-postijiet tal-votazzjoni għall-elezzjonijiet lokali fir-Renju Unit. Dan ħames ġimgħat ‘il bogħod minn meta l-votanti jintalbu jerġaw jivvutaw għall-Elezzjoni Ġenerali.
Il-kunsilli kollha f’Wales u fl-Iskozja jinsabu għall-elezzjoni, flimkien ma’ erbgħa u tletin oħra fl-Ingilterra, li jinkludu sebgħa u għoxrin kontej.
B’kollox hemm ħmistax-il elf erba mija u tliet kandidati li se jikkontestaw l-erbat elef, tmien mija, wieħed u ħamsin siġġu. Mija u seba kandidati m’huma jaffaċċjaw l-ebda oppożizzjoni.
Sindki f’sitt reġjuni ġodda se jgawdu poteri addizzjonali li ġew devoluti mill-gvern ċentrali, fosthom fuq il-pulizija u housing.