Fetħu l-ewwel sett ta’ applikazzjonijiet għall-proġetti tal-ERASMUS+, li huma taħt il-programm ta’ fondi Ewropej 2021 sal-2027.
Dawn l-ewwel opportunitajiet ta’ vjaġġar lil hinn minn xtutna għaż-żgħażagħ u dawk kollha involuti fil-qasam edukattiv u vokazzjonali.
Għal dawn il-fondi, jistgħu japplikaw entitajet privati jew pubbliċi li huma attivi fil-qasam edukattiv u tat-taħriġ, taż-żgħażagħ u tal-isport. Barra dawn, jistgħu japplikaw dawk kollha li jwettqu ħidma maż-żgħażagħ, iżda ma jiffurmawx parti minn organizazzjoni, xorta jingħataw opportunità biex japplikaw għal dawn il-fondi.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi qal dan il-programm huwa riżultat tan-negozjati li waslu għall-akbar allokazzjoni ta’ fondi Ewropej fis-settur taż-żgħażagħ u fil-qasam edukattiv.
Dawn l-applikazzjonijiet se jibqgħu miftuħin sal-11 ta’ Mejju u dawk interessati għandhom jikkuntattjaw lill-European Union Programmes Agency fuq eupa@gov.mt jew 99019457.