Fetħu l-applikazzjonijiet għat-trasport għall-iskejjel b’xejn għas-sena skolastika li jmiss.
Permezz tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni il-Gvern jinvesti miljuni ta’ ewro biex jipprovdi tranport tal-iskola b ’xejn lill-istudenti fil-livell obbligatorju u l-kindergarten, li jattendu l-iskejjel tal-istat, tal-knisja u indipendenti.
Wieħed għandu ċans japplika sat-𝗧𝗻𝗲𝗷𝗻, 𝟭𝟱 𝘁𝗮’ 𝗟𝘂𝗹𝗷𝘂 𝟮𝟬𝟮𝟰 fuq http://bit.ly/3VQjER8
Fix-xhur li għaddew aktar minn 33,000 student ibbenefikaw mit-trasport b’xejn għall-iskejjel, b’investiment mill-Gvern ta’ aktar minn €63 miljun.
Ta’ min ifakkar kif kien Gvern Laburista li ta t-trasport b’xejn għall-istudenti kollha li jattendu f’kull skola f’pajjiżna u mhux tal-Gvern biss.