Summer on the Move hu meqjus bħala l-ikbar programm ta’ sport u attività fiżika fost it-tfal u adulti bl-għan prinċipali hu li kulhadd isib spazju fejn jinvolvi ruħu f’attivitajiet rikrejattivi tul is-sajf.
Iktar minn 7000 parteċipant hu mistenni li jipparteċipa f’il fuq minn 50 attivita’ mifruxa fuq 15-il ċentru madwar Malta u Għawdex b’total ta’ xejn inqas minn 400 sessjoni fil-gimgħa. Dan jagħmilha possibbli biex kulħadd isib xi ħaġa li togħġbu u jipparteċipa bl-iktar mod konvenjenti.
Għal din il 15-il edizzjoni se nkomlu nżidu s-sessjonijiet tal-għawm parent and child fejn issa se nkunu qed noffru dan il-programm popolari fiċ-ċentru ta’ Tal-Qroqq. Se nżidu ukoll sessjonijiet ta’ line dancing għall-anzjani filgħodu kif ukoll tal-ginnastika rittmika għat-tfal. Għall-adulti se nzidu sessjonijiet tal-basketball u volleyball fiċ-ċentru tal-Mosta fejn ex-atleti kif ukoll dawk li qatt ma sabu ċ-ċans li jibdew dawn l-isports, jistgħu jitħarrġu fi grupp taħt il-gwida ta’ coaches kwalifikati. Dan saħqitu SportsMalta fi stqarrija.
L-applikazzjoni tista’ titnizzel mill-website ta’ SportMalta http://www.sportmalta.org.mt jew https://goo.gl/1nXb1q u tintbaghat lil SportMalta fl-indirizz Kumpless Sportiv Kottonera, Vjal il-Kottoner, Bormla BML 9020 jew jigi il-Kumpless tal-Kottonera bejn it-Tnejn u l-Gimgha bejn it-8.30am u 12.00pm.
Għal iktar konvenjenza tal-pubbliku se jkunu milqugħa l-applikazzjonijiet fil-kumplessi f’dawn il-jiem bejn it-8.30am u n-12.30pm: nhar is-Sibt 12 ta’ Mejju, fil-Kumpless tal-Kottonera u l-Kumpless tal-Qroqq, nhar is-Sibt 19 ta’ Mejju fil-Kumpless Sportiv ta’ Hal-Kirkop.
Wieħed jista’ japplika online permezz tal-link https://www.sportmalta.org.mt/programmes/online-booking-form
L-għan aħħari ta’ dan il-programm huwa li jżomm mal-wegħda elettorali tal-Gvern li kullħadd ikollu d-dritt u opportunità li jagħmel attivita sportiva. Hija l-mira ewlenija tal-Gvern li kull tifel u tifla taħt is-sittax il sena jkunu partecipattivi f’xi tip ta’ Sport.