Ġenituri ta’ studenti li jixtiequ jattendu Skolasajf issa jistgħu jibdew japplikaw. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet, fejn kien spjegat li Skolasajf huwa proġett nazzjonali organizzat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, il-FES. Skolsajf toffri edukazzjoni mhux obbligatorja matul ix-xhur tas-sajf u din is-sena se tiftaħ il-bibien tagħha nhar il-15 ta’ Lulju sas-6 ta’ Settembru 2019.
Huwa stmat li s-sena li għaddiet, mat-12,200 tifel u tifla gawdew min dan is-servizz. In-numru mistenni jiżdied til din is-sena, hekk kif it-tfal li se jattendu għal Skolasajf 2019 se jkunu qedjibbenifikaw minn programm ta’ atitivitajiet edukattivi non formali.
It-tema ta’ din is-sena hija My Travel Journal li se tieħu lit-tfal fuq vjaġġ ta’ esperjenzi kemm fiċ-ċentri kif ukoll barra miċ-ċentri edukattivi permezz ta’ numru ta’ attivitajiet.
L-FES toffri dan is-servizz madwar Malta u Għawdex u huwa mifrux f’madwar 60 lokalita’ li f’34 ċentri jiġi offrut ukoll is-servizz ta’ ħin qabel u wara l-programm ewlieni biex jakkomoda lill-ġenituri li jaħdmu. Fl-istess ħin, dan il-proġett jimpjega mal-2,000 pesuna, bħal Playworkers u Child Support Workers.
Fl-istess konferenza tal-aħbarijiet ġie mniedi l-logo ta’ Skolasajf ta’ din is-sena wara kompetizzjoni fost l-istudenti ta’ Klabb 3-16 u l-istudenta Elaia Galea ta’ tmien snin hija r-rebbieħa għall-aħjar disinn artistiku fost aktar minn tmenin sottomissjoni.
Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li Skolasajf huwa servizz ieħor offrut mill-FES li jkompli jagħti sostenn lill-familji li jridu jsibu bilanċ bejn il-ħajja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja. Huwa saħaq li hemm firxa ta’ programmi differenti għal etajiet differenti, u anke għal ħtiġijiet edukattivi varji, inkluż dawk fir-Resource Centres, u li dan mhux biss servizz ta’ ħarsien tat-tfal imma huwa opportunita’ biex it-tfal jiżviluppaw l-abiltajiet tagħhom.
Il-Kap Eżekuttiv tal-FES, Dermot Galea qal li l-popolarità ta’ Skolasajf qieghda dejjem tiżdied, u għalhekk il-ħidma biex kemm l-proċess tal-applikazzjoni u s-servizz innifsu jkunu dejjem iktar aċċessibbli għall-pubbliku.
Il-ġenituri li jixtiequ japplikawgħas-servizz ta’ Skolasajf jistgħu jagħmlu dan kemm b’mod elettroniku b’sistema online https://services.fes.gov.mt/ kif ukoll manwalment mill-fergħat tal-Malta Post.
Dawk li jixtieqj japplikaw għal impjieg permezz ta’ dan il-proġett jista’ jniżżel applikazzjoni mis-sit applikazzjonijet għas-sit https://recruitment.fes.gov.mt/ .