Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar għandu għalfejn jgħid grazzi, wara li l-bajjiet ta’ Buġibba tnaddfu b’mod eċċellenti minn volontiera ta’ kumpanija li bdiet topera hawn Malta ftit tax-xhur ilu.
Is-Sibt filgħodu impjegati ngħaqdu mad-Direttorat tat-Tindif u wettqu inizjattiva ta’ tindif f’Buġibba. Gold Lion Holding, li toffri servizz marbut mal-proprjetà, kostruzzjoni u żvilupp, temmen li għandha tagħti lura lill-kommunita lokali filwaqt li tieħu ħsieb l-ambjent.
Qalet dan Timi Orosz, li hija d-direttur tal-marketing tal-kumpanija li fetħet f’Malta f’Mejju li għadda.
https://www.youtube.com/watch?v=MpaSmLFQ-FE