Għal Lieutenant Richard Scobee, li titlef lil missierek fi splużjoni ta’ makkinarju spazjali kienet traġedja personali. Huwa qasam din l-esperjenza man-nazzjon Amerikan għal dawn l-aħħar 33 sena.
Propju llum fit-28 ta’ Jannar tal-1986, Scobee kien se jiggradwa mill-Air Force Academy meta ltaqa’ m’ommu biex jara l-missieru Dick Scobee u 6 astronawti oħra jitilgħu fil-makkinarju spazjali bl-isem ta’ Challenger.
Huwa jiftakar kif mill-bejt tan-NASA, eżattament fil-Kennedy Space Centre seta’ jara sema ċar kristall li kien se joffri l-aħjar veduta possibbli.
Ftit sekondi biss wara t-tluq huwa ħass li kien hemm xi ħaġa ħażina.
Wara investigazzjoni intensiva, l-isplużjoni seħħet minħabba toqba fil-mekkaniżmu.
Missier Scobee tilef ħajtu flimkien ma’ 5 astronawti oħra.
“Kulħadd seta’ jara l-mewt ta’ missieri. Li ma rawx kien kemm kellu ħajja meraviljuża”.