Komplew iqumu aktar mistoqsijiet dwar id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-konnessjoni li seta’ kellu man-negozjant Yorgen Fenech.
Fl-aħħar minn sensiela ta’ mistoqsijiet, kien imiss lil Vincent Borg magħruf aħjar bħala Ċensu l-Iswed, kanvasser joqtol għal Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Ċensu l-Iswed li dejjem jidher mal-bieb prinċipali tal-maduma, u jeskorta anki lil Delia, staqsa jekk Jason Azzopardi qattx uża Portomaso, li huwa ta’ Yorgen Fenech, biex jiltaqa’ ma mara tax-xogħol.
“Biex infakkrek”, għalaq il-messaġġ tiegħu Ċensu l-Iswed li fost oħrajn staqsa wkoll dwar is-sitwazzjoni finanzjarja mwergħa fil-Partit Nazzjonalista u l-eluf ta’ ewro li tħallsu Claudette Buttigieg u Karl Gouder mill-midja tal-partit.
B’rabta mal-mistoqsija ta’ Ċensu l-Iswed dwar il-laqgħa t’Azzopardi ma’ prostituta, Jason Azzopardi fetaħ kawża ta’ libell.
Azzopardi qal li Ċensu l-Iswed kiteb li kiteb bl-approvazzjoni tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista fisser lil Vincent Borg bħala fornitur ta’ ċertu servizzi lil Kap Nazzjonalista Adrian Delia.
Mindu ħareġ ritratt ta’ Jason Azzopardi ma’ Yorgen Fenech, bit-tazza f’idu u bit-tbissima, wara s-suppost ħalfa t’Azzopardi stess li huwa qatt ma ltaqa’ ma’ Fenech, Jason Azzopardi ma ħalifx iżjed. Saħansitra imblukka lil omm is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana biex ma tikxiflux aktar borom.
Patricia Fenech saħansitra qaltlu li miskin min jemmen lil Jason Azzopardi.