L-Arti Kreattiva kienet waħda mis-setturi f’Malta li ġiet milquta ħażin mill-pandemija tal-Coronavirus, fosthom l-ispettakli ta’ żfin.
Qal dan il-Ministru għall-kultura Josè Herrera propju fil-ftuħ ta’ staġun ieħor tal-kumpanija nazzjonali taż-żfin Maltija, li se tkun qed tirritorna b’mod fiżiku fuq il-palk wara li d-dinja tal-arti reġgħet bdiet ġejja għan-normalità l-ġdida. “Il-kultura hija importanti mhux minn aspett wieħed li televa l-kwalità ta’ ħajja imma għandha importanza kbira minn aspett ekonomiku, hemm ‘l fuq minn għaxart elef persuna li taħdem f’dan is-settur u tagħti b’mod dirett kontribut lill-GDP tagħna u hija wkoll wieġed mill-pillastri għat-turiżmu f’Malta.”
Il-programm jinkludi seba’ produzzjonijiet, inizjattivi ta’ komunikazzjoni, klassijiet miftuħa, u residenzi tal-artisti, fost oħrajn.
Alison White, iċ-Chairperson ta’ ŻfinMalta saħqet fuq il-prekawzjonijiet li se jittieħdu waqt li jittella’ l-ispettaklu. Il-programm ta’ ŻfinMalta huwa disponibbli fuq zfinmalta.org, u l-biljett staġjonali jista’ jinxtara fuq kultura.mt.