Il-Kitchen Garden tal-President issa ser ikun qed jinkludi l-ewwel Eco Park f’Malta b’investiment ta’ €800,000.
Eco-park li filwaqt li jilqa’ tfal għal attivitajiet ta’ rikrejazzjoni, jgħin ukoll ikattar kuxjenza dwar l-importanza tal-ambjent u l-enerġija sostenibbli.
Dan hekk kif il-logħob u l-apparat li jinsab ġewwa dan l-Eco-Park huma sorsi rinovabbli tal-enerġija.
Spjega f’iktar dettall dan l-aspett tal-Eco Park, is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru tal-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma, is-Sur Anthony Gatt, waqt il-ftugħ uffiċċjali ta’ dan l-spazzju rikreattiv.
Huwa tenna li l-mira ta’ dan il-logħob u apparat huwa li jinkludi l-involviment tat-tfal fil-ħidma favur l-użu ta’ iktar sorsi ta’ enerġija rinovabbli.
Filfatt is-Sur Gatt elenka wħud minn dan l-apparat li ser ikun qed jgħin fis-sosteniment tal-Eco Park.
Preżenti għall-ftugħ ta’ dan l-Eco Park, il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi tenna kif dan l-investiment juri biċ-ċar l-impenn ta’ dan il-Gvern favur enerġija iktar nadifa.
Intant semma wkoll kif dan l-ispazzju rikreattiv jinvolvi wkoll logħob li jista’ jintuża minn tfal bil-kundizzjoni tal-awtiżmu.
Intant fl-indirizz tagħha l-President Marie Louise Coleiro Preca saħqet li din kienet waħda mill-aqwa inizjattivi tul il-ħames snin tal-presidenza tagħha.
Dan l-Eco Park sar b’ħidma konġunta bejn il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immanġijar tal-Ilma u l-Uffiċċju tal-President.