Awstraljan fetaħ kawża fil-Qorti wara li ħassu malafamat kontra wieħed mill-aktar stazzjonijiet tal-aħbarijiet fil-pajjiż.
Dan wara li l-istazzjon Seven wera r-ritratti ta’ Terrance Flowers u wrewh bħala r-raġel li kien responsabbli mill-ħtif tat-tifla ta’ erba’ snin, Cleo Smith.
L-avukati ta’ Flowers qed jargumentaw li l-istazzjon Seven għamel ħsara lill-karattru u r-reputazzjoni tal-klijent tagħhom, meta wrewh bħala s-suspettat li wettaq dan il-ħtif.
Barra minn hekk, l-avukati qed jargumentaw ukoll li l-kamra tal-aħbarijiet tal-istazzjon Seven, użat ritratti tiegħu li għandu fuq il-profil ta’ Facebook tiegħu u li fih uża l-kunjom t’ommu meta kienet xebba (Kelly), mingħajr il-kunsens tiegħu.
B’rabta ma’ dan il-każ il-Pulizija qed tixli lil Terence Kelly.
It-tifla kienet irrappurtata nieqsa x-xahar li għadda minn żona kostali magħrufa għall-camping fi tmiem il-ġimgħa li għadda.
Hija nstabet fil-bidu ta’ dan ix-xahar wara li kien ilha tmintax-il xahar irrappurtata nieqsa.