Ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni stabbilixxiet l-aġenda tal-Gvern Konservattiva għas-sena li ġejja, dawn wara l-elezzjoni li saret il-ġimgħa l-oħra.
Il-leġislazzjoni li se jwassal biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar li ġej kien fost aktar minn 30 abbozz li ġew imħabbra waqt il-Ftuħ Statali tal-Parlament li sar fil-jum tal-Ħamis.
Fid-Diskors tar-Reġina, li kien miktub mill-gvern, ġie mħabbar impenn dwar il-finanzjament tas-servizz tas-saħħa li jammonta għal żieda ta’ 33.9 biljun sterlina fis-sena mill-2023.
Waqt l-indirizz tagħha fil-Parlament, ir-Reġina qalet li l-prijorità għall-gvern tagħha kienet li jwassal Brexit fil-31 ta’ Jannar, iżda wkoll, il-ministri għandhom programm ambizzjuż ta’ riforma domestika li jiffoka fuq il-prijoritajiet taċ-ċittadin Ingliż.
Il-ftuħ tal-Parlament ma kienx ikkaratterizzat minn ċerimonji elaborati bħalma kien ġara fl-2017, tant li r-Reġina wasslet il-Parlament b’karozza minflok f’karozzella u anke ma libsitx l-ilbies ċerimonjali.