L-eks chief of staff ta’ Austin Gatt, Manuel Delia, esponent ewlieni tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil Busuttil, li issa qed tikkampanja għal Bernard Grech, infexx f’attakk ieħor fuq is-sostenituri ta’ Adrian Delia.
Sabiex jagħmel dan l-attakk, Manuel Delia, saħansitra, fetaħ attakk fuq il-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin.
Manuel Delia kiteb blog u fil-mira tiegħu kien hemm Terry Muscat, magħruf bħala Terry ta’ Bormla, dejjem leali lejn il-Kap nazzjonalista Adrian Delia.
Terry Muscat, skontat sentenza ta’ priġunerija ta’ wieħed u għoxrin xahar ħabs, fuq traffikar tad-droga.
Manuel Delia qal li Terry Muscat tħalliet iddur il-ħabs f’laqgħa li kellha ftit ilu.
Jidher li Terry Muscat, kitbet dwar kif fil-ħabs kellha esperjenza riformativa pożittiva ħafna u rringrazzjat lid-direttur tal-ħabs.
Dan il-fatt dejjaq lil Manuel Delia għax fetaħ attakk fuq id-Direttur tal-ħabs, il-kurunell Alexander Dalli.
Fil-blog ġab ukoll filmat tal-gwardjani tal-ħabs, sabiex jirredikolhom.
Taħt it-tmexxija tal-kurunell Dalli, fil-ħabs ġie eliminat l-abbuż mid-droga, anki wara investiment f’apparat biex jiġi żgurat li d-droga ma tidħolx fil-ħabs.
Dan apparti li l-priġunieri qed jingħataw l-għajnuna kollha sabiex jirriformaw u saħansittra waqt jiskontaw s-sentenzi ta’ priġunerija, jaħdmu sabiex jagħtu xi ħaġa lura lis-soċjetà.