Attivisti ta’ Repubblika ħadu pjaċir bil-fatt li Roselyn Borg Knight irtirat il-kandidatura tagħha minn mal-Partit Nazzjonalista.
Christoph Schwaiger, attivist ta’ Repubblika u li jippreżenta l-programmi online tal-istess grupp, uża Twitter biex jgħid li l-aħbar li Borg Knight irtirat il-kandidatura tagħha żgur li ma kinitx l-agħar aħbar li ħarġet fl-aħħar jiem.
“Roselyn Borg Knight withdraws PN election candidacy’ is far from the worst headline we’ve seen this week,” kiteb l-eks Ġurnalist ta’ Newsbook u l-Kollaboratur ta’ Robert Aquilina u Manuel Delia.
Deher ċar li din l-aħbar intlaqgħet bil-ferħ għax Borg Knight kienet għenet lil Delia tant li ma’ din it-tweet ippubblikaw artiklu li kienet kitbet bit-titlu: “Why I want Delia to stay.”
Borg Knight hi waħda minn sensiela ta’ kandidati jew kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista li taħt it-tmexxija ta’ Bernard Grech jew irriżenjaw jew inkella rtiraw il-kandidatura tagħhom.
Borg Knight kienet se toħroġ fuq id-disa’ u l-għaxar distrett minn fejn qed jittamaw li jmorru tajjeb ukoll Karol Aquilina u Jason Azzopardi.
Żewġ deputati kontra Adrian Delia u mill-fazzjoni tal-Blue Heroes, l-iktar qrib ta’ Repubblika.
Tant li ħu Karol Aquilina, Robert Aquilina hu l-President tal-għaqda Repubblika.