Raġel ta’ 36 sena franka sitt xhur ħabs wara li ħebb għal żewġ Pulizija f’Paceville.
Ludwig Cassar kien instab ħati li seba’ snin ilu hedded u ħebb għal żewġ uffiċjali wara li nqabad ipejjep fi stabbiliment f’Paceville.
Huwa kien irreżista l-arrest u f’Jannar tas-sena li għaddiet kien intbagħat sitt xhur ħabs.
Iżda l-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti qieset ir-rieda tajba li qed juri r-raġel u kkunsidrat l-impjieg tiegħu full-time ma’ kumpanija.
Kien għalhekk li flok kkonferma s-sentenza, l-Imħallef poġġa lir-raġel taħt ordni ta’ probation għal sentejn.