Ix-xogħlijiet ta’ rikostruzzjoni fi Triq iż-Żebbiegħ f’Ħal Kirkop kellhom jieqfu ħesrem minħabba li nstabu fdalijiet storiċi ta’ katakombi.
Meta l-arkeologi bdew jistudjaw is-sejba aktar fid-dettall, lemħu għadam ta’ bnedmin, fosthom kranju u partijiet tas-saqajn.
Dan l-istazzjon żar dan il-post, fil-mument li l-arkeologi bdew indaddfu bir-reqqa biex jippreservaw u jiddokumentaw dawn il-fdalijiet.
Il-Perit ta’ Infrastruttura Malta, Rebecca Grech qalet kif dan il-post huwa magħruf għall-fdalijiet storiċi.
Qalet, “Ġejna mitluba ovvjament ikollna arkeologu li jkun qed isegwi dawn ix-xogħlijiet minħabba li huma aware illi din iż-żona hija rikka f’dak li għandu x’jaqsam ma’ affarijiet arkeoloġiċi u fil-mument li aħna konna għaddejjin b’xogħlijiet ta’ skavar minħabba wħud minn dawn is-servizzi sibna max-xogħlijiet dawn il-katakombi u allura minnufih imbagħad bdejna b’sistema ta’ tindif apposta kif mitlub mill-SEH anke biex nissalvagwardjaw dak li nstab.”
L-arkeologa Debra Jane Camilleri spjegat il-pass li jmiss ġaladarba jiġu skavati dawn il-fdalijiet umani.
Spjegat, “We have found a shaft and chambers which leads to rock-cut tomb, and within those tombs there are remains which we are now trying to sketch, excavate, document and then remove. We will analyse each specimen separately and try to understand whether the individuals are males, females, ages, children adults and perhaps any disease the may have had. However, the idea is to really understand the population and how many individuals where in the tomb.”
Fost ix-xogħlijiet li kienu qed isiru hemm pavimentar ġdid u servizzi ġodda li għandhom x’jaqsmu mal-ilma u d-drenaġġ.
Wara li jitlestew l-istudji mill-uffiċjali tas-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali, jista’ jagħti l-każ li dawn ix-xogħlijiet jiġu rilokati għal post ieħor fl-istess triq.