Ix-xogħlijiet fuq ix-xatt ta’ Marsalforn kellhom jieqfu ħesrem wara li sid ta’ propjetà daħħal mandat ta’ inibizzjoni fil-Qorti.
Qal dan il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook fejn qal kif illum stess il-Ministeru għal Għawdex se jkun qed idaħħal rikors b’urġenza.
Qal kif sakemm eventwalment tittieħed deċiżjoni fuq il-mandat, ix-xogħlijiet se jkollhom jieqfu, proprju f’mument kruċjali fuq l-għatba tas-sajf.
Tenna kif minkejja dan l-intopp, se jkun qed jara li dan il-proġett xorta jitlesta fil-ħin.