Ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ Town Square f’tas-Sliema ġew sospiżi fosthom it-tħaffir fl-art bħala turija ta’ rispett lir-residenti li minħabba l-imxija tal-Coronavirus qed ikollhom joqogħdu aktar fi djarhom.
Kelliem għal dan il-proġett spjega illi matul l-aħħar ġimgħat tnaqqsu għad ta’ xogħlijiet iżda issa ttieħdet id-deċiżjoni li dawn ix-xogħlijiet jieqfu għalkollox biex jitnaqqas l-inkonvenjent u l-istress fuq ir-residenti tal-madwar li bħalissa jinsabu fi djarhom f’dan il-perjodu ta’ sfida.
Huwa qal li l-kuntratturi ħassew li din kienet l-aħjar deċiżjoni f’dawn iċ-ċirkostanzi.