“Jien twelidt mal-komunità Ewropea, propju sittin sena ilu. Għalekk dan il-jum, għalija, huwa wieħed personali ħafna,” qal dan il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk waqt l-indirizz tiegħu waqt is-Summit f’Ruma .
Hu spjega kif il-ħolmiet ta’ sittin sena ilu jridu jitkomplew. Tusk qal li llum qed nirrepetu l-verità; li xejn m’hu garantit, u li biex tibni dinja sabiħa trid tagħmel sagrifiċċju fejn biex tkisser dak l-ideal, kull ma trid hi sekonda.
“Illum qed nerġgħu nwelldu l-alleanza li twieldet sittin sena ilu. Minkejja t-traġedji riċenti, kull tama trid titpoġġa fl-Unjoni. Demokrazija, indipendenza u l-libertà u d-dinjità huma dawk li jgħaqduna. Illum mhux biżżejjed li nsejħu għall-għaqda. Hija iktar importanti li niffukaw fuq drittijiet, libertaijiet, bilanċ, u rule of law. Dan huwa l-fundament tal-Ewropa,” sostna Tusk
Hu temm billi qal “uru llum li jinteressakom mill-legat li se nħallu warajna u mill-legat li għandna llum ta’ sittin sena ilu.”