Tfajjel ta’ ħmistax-il sena, li jismu Ramiro Mallia, qed jorganizza mixja jew ġirja b’risq il-Karl Vella Foundation.
Għalkemm għadu żgħir, Ramiro għadda mill-marda tal-kanċer. Għalhekk issa qed jorganizza din l-attività, li tibda għada fl-għaxra ta’ filgħodu minn Baħar iċ-Ċagħaq sal-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Ramiro bagħat din l-ittra lill-mezzi tax-xandir – ittra li kiteb ftit ilu imma li issa sab il-kuraġġ u xerridha bit-tama li l-attività tkun suċċess.
Hija verament ittra li tmiss il-qlub.