Wiċċ inoċċenti u ħarsa li taqsamlek qalbek. Din hija d-deskrizzjoni tar-ritratti ta’ tfal Sirjani b’stampi ta’ Pokemon’s differenti, li l-għan warajhom huwa li jwasslulna messaġġ.
Dawn ir-ritratti li dehru fuq is-sit soċjali ta’ facebook, juru tfal żgħar li qed iħarsu lejn il-kamera filwaqt li juru stampi tal-karattri ta’ Pokemon u li fuqhom kitbu l-kliem: “Jien ninsab hawn, ejja salvani.”
Fuq dawn l-istampi nsibu wkoll il-post ta’ fejn jinsabu dawn it-tfal , f’lokalitajiet differenti fis-Sirja, pajjiż li bħalissa għaddej minn gwerra ċivili.