Il-Malażja ssospendiet lill-ambaxxatur għall-Korea ta’ Fuq minħabba l-qtil ta’ ħu d-dittatur tal-Korea ta’ Fuq.
L-ambaxxatur Kang Chol ingħata tmienja u erbgħin siegħa ċans biex jitlaq mill-Malażja.
Din id-deċiżjoni ttieħdet fid-dawl li l-Korea ta’ fuq qalet li ma tistax tafda l-Malażja bl-investigazzjoni dwar l-istess każ.
Liema każ kompliet titħabbel il-kobba dwaru, hekk kif is-suspettat mill-Korea ta’ Fuq li ġie nterrogat b’rabta mal-qtil ta’ Kim Jong-Nam, qal li huwa vittma ta’ konfoffa mħejjija mill-awtoritajiet Malażjani.
Filfatt iddeskriva l-akkużi kontrieh bħala xejn għajr pjan biex jitħammeġ l-unur tar-repubblika.
Kumment li għaddieh ħdejn l-ambaxxata tal-Korea ta’ Fuq f’Beijing wara li kien deportat mill-Malażja l-Ġimgħa.
Kim Jong-Nam inqatel tliet ġimgħat ilu fl-ajruport ta’ Kuala Lumpur wara li żewġ nisa għamlulu ma’ wiċċu materjal tossiku qattiel.