“Jien irrid nibqa’ ngawdi lill-mummy u lid-daddy u ċert li intom tridu tibqgħu tgawdu lill-għeżież tagħkom”.
Dan huwa Aidan, tifel ta’ 11-il sena li għall-poplu Malti u Għawdxi kellu appell wieħed.
Aidan qal li għall-ewwel darba f’ħajtu ra l-iskola tingħalaq u li ma setax jibqa’ joħroġ mal-familja u li dawn l-affarijiet dejquh.
Iżda Aidian qal li meta beda jara kemm qed jimirdu pazjenti kuljum fehem li hekk kellna nagħmlu.
Qal li rrabja meta beda jara familji u ħbieb li xorta waħda baqgħu joħorġu. Qal li dan mhux sew, appella biex nibqgħu ġewwa u nagħmlu l-affarijiet li qatt ma kellna ħin biex nagħmlu.
Aidan tenn appella biex nevitaw il-kuntatt u li aktar ma noqgħodu attenti issa, din il-burraxka tispiċċa aktar malajr.