Hekk beda d-diskors tiegħu ż-żeffien u għalliem taż-żfin, Felix Busuttil, li tkellem waqt il-mass meeting fin-Naxxar ftit tal-mumenti ilu.
Qal li meta ngħaqad fl-Unjoni Ċivili, ħares lejn banidera Maltija tperper u qal: “possibbli nista’ nilbes ċurkett wara 20 sena? Possibbli li jekk nixtieq tfal nista’ nadotta?”
Felix Busuttil esprima kemm huwa kburi li huwa Maltin wara dan il-moviment.
“Kburi għax jien stmat.”
Qal li f’kuntest barrani, jispikka l-fatt li l-Maltin jistgħu jiżżewġu. Irrakkonta per eżempju kif Taljana qaltlu li tħoss li ħdejn il-Maltin, huma preistoriċi.
“Dan grazzi għal Joseph” qal Felix. Tkellem dwar pajjiż fejn ħadd ma jkun bullied, ħadd ma jħalli ittra ta’ suwiċidju lil ommu. Kulħadd stmat, u l-istess.
“Joseph emmen fil-ġustizzja” qal Felix “u żgur warajh hemm Michelle. Dawn rabbew qoxra ta’ kuraġġ u jien ma nistax ma nkunx kuraġġuż bħalhom. Huwa bniedem li jisma’. Meta tibgħatlu email, iwieġeb immedjatament. Il-familja Muscat baqgħat familja bħal tagħna. Soda akkost tat-tajn u jien nifhem għalfejn. Għax jeżisti t-twemmin li jaraw li Malta tkun l-isbaħ fil-prinċipji. Li meta nsifru u niġu lura, ngħidu: m’hawnx insbaħ minn pajjiżi!”
Qal li mhu se jieħu ebda riskju meta jiġġieled għal imħabbtu.
“Tibżgħux mid-diversità, anzi għannquha. Jekk jgħajrukom, taqgħux għat-tgħajjir u l-insulti. Erfgħu raskom, rabbu kuraġġ. Nemmen fl-awtentiċità, it-trasparenza, il-moviment, il-Maltin u l-Għawdxin. Se niċċelebraw mhux fi ħmieġ, tgħajjijr u vjolenza imma fil-mixja ‘l quddiem, fl-abbundanza li tagħna Joseph. Dan hu l-mument ta’ prova. Dan hu l-aħjar żmien ta’ ħajti” temm jgħid Felix Busuttil.