In-Niġer iddikjara jumejn ta’ luttu nazzjonali mil-lum, wara li minn tal-inqas 69 persuna ntqatlu f’attakk minn persuni maħsuba li jappartjenu fi gruppi ribelli Iżlamiċi.
L-attakk seħħ nhar it-Tlieta li għadda qrib il-fruntiera mal-Mali.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Bħalissa għaddejja tfittxija għall-persuni li setgħu salvaw minn dan l-attakk barbaru.
S’issa l-ebda grupp għadu ma ddikjara li huwa responsabbli ta’ dan l-attakk terroristiku.