Grupp ta’ bastimenti tal-gwerra Russi, inkluż l-unika wieħed li jġorr l-ajruplani, huma irrapportati li ħadu l-fuel fil-baħar ‘l barra mill-Afrika ta’ Fuq, fi triqithom lejn is-Sirja.
Il-BBC jirrapporta dalgħodu li xi wħud mill-bastimenti li kellhom jidħlu f’port Spanjol kellhom operazzjoni abortita wara li alleati tan-NATO esprimew tħassib.
Nato jinsabu mħassba li l-ajruplani abbord se jintużaw għall-attakki fuq nies ċivili fil-belt Sirjana Aleppo.
Il-President Vladimir Putin aċċenna wkoll li l-bumbardament mill-ajru fuq il-Lvant ta’ Aleppo, miżmuma minn ribelli, se jerga’ jibda.
Ir-Russja u l-gvern Sirjan kienu qablu fuq moratorju fuq l-ibbumbardjar. Iżda waqt konferenza internazzjonali fil-belt Russa Sochi nhar il-Ħamis, Putin qal li l-partijiet l-oħra fil-kunflitt ma żammewx mal-wegħdiet tagħhom.
“Fejn hu l-irtirar ta’ terroristi mill-parti b’saħħtha tal-oppożizzjoni?” staqsa Putin, filwaqt li żied jgħid
“s’issa ġejna imrażżna, ma konniex psataż mal-imsieħba tagħna, imma kollox għandu l-limiti. Aħna nistgħu nirrispondu”.