L-Unjoni Ewropea għalqet tlett proċeduri kontra Malta. Il-Kulleġġ tal-Kummissarji approva din id-deċiżjoni formalment wara li Malta adottat l-liġijiet neċċessarji mad-direttivi relevanti tal-Unjoni Ewropea. Id-deputat Prim Ministru Louis Grech laqa’ din id-deċiżjoni u stqarr li dan ir-riżultat pożittiv juri l-effiċjenza ta’ dan il-Gvern. Hekk kif tnejn minn dawn il-proċeduri nfetħu din is-sena.
Waħda minn dawn il-proċeduri nfetħet propju f’Marzu 2016, dwar miżuri biex jitnaqqsu l-ispejjeż involuti meta jibdew jintużaw networks ta’ komunikazzjoni elettroniċi li jaħdmu b’veloċita’ kbira. Din id-direttiva daħlet fil-liġi Maltija permezz ta’ emendi fil-Utilities and Services Act kif ukoll fir-regoli tal-infrastruttura.
It-tieni proċedura nfetħet f’Mejju 2016, li tikkonċerna l-armonizazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri mad-disponibbiltá fis-suq u s-superviżjoni ta’ splussivi għall-użu ċivili. Din id-direttiva kienet implimentata bis-sħiħ fil-liġi Maltija.
L-aħħar proċedura nfetħet f’Novembru 2014, minħabba li Malta naqset milli timplimenta l-miżuri konklużi bejn il-European Community Shipowners’ Associations (ECSA) u l-European Transport Workers’ Federation dwar il-Konvenzjoni li titkellem dwar l-impjiegi fis-settur Marittimu. L-Awtoritajiet Maltina daħlu bi sħiħ din id-direttiva.
Kelliem għall-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej stqarr li l-Ministeru qed jaħdem mal-Ministeri kollha sabiex il-liġi Ewropea tidħol fis-seħħ fiż-żmien stipulat.