Erbat irġiel arrestati f’konnessjoni mal-mewt ta’ 15-il persuna f’Barcelona u Cambrils dehru fil-Qorti f’Madrid.
L-akkużati huma mifhmuma li huma l-uniku membri mill-grupp ta’ tnax li pjanaw l-attakki li għadhom ħajjin.
Il-każ qed jinstema’ bil-bibien magħluqa.
Il-bieraħ il-Pulizija qatlu lill-Younes Abouyaaquob ta’ 22 sena, mwieled fil-Marokk, suspettat li l-Ħamis ‘l għadda saq il-van Fiat abjad fuq il-folla f’Barcelona f’ Las Ramblas.
Fost dawk li dehru fil-qorti kien hemm Driss Oukabir, li l-passaport tiegħu nstab ħdejn il-van abbandunat wara l-attakk. Dan ta lilu nnifsu lill-Pulizija.
Deher ukoll Mohammed Aalla, l-allegat propretarju tal-Audi A3 użata fl-attakk f’ Cambrils.
Is-suspettati miżmuma f’konnessjoni mal-attakki ta’ Barcelona u Cambrils qed jidhru fil-Qorti Suprema ta’ Madrid.