Fil-Partit Nazzjonalista inttemmet ir-reċta li permezz tagħha taparsi kien qed jiġi investigat l-aġir tad-Deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone.
Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista ħabbar li l-kummissjoni li nvestigat l-aġir ta’ Schiavone sabet biss li kellu nuqqas ta’ ġudizzju. Għalhekk kien deċiż li jerġa jkun meqjus bħala membru tal-Grupp Parlamentari tal-PN.
Schiavone kien investigat dwar laqgħat li kellu ma’ negozjant li tant kien fil-mira tal-kritika tal-Partit Nazzjonalista. Hu ma kienx l-uniku deputat li ltaqa ma’ dan Yorgen Fenech.
L-eżitu tas-suppost investigazzjoni ma ssorprenda lil ħadd għaliex fil-PN kulħadd jaf li Schiavone huwa wieħed mill-favoriti tal-Kap Adrian Delia, tant illi din ir-reċta kollha saret f’mument fejn Delia kien taħt pressjoni enormi u ried inaqqas xi ftit mill-attakk ta’ Simon Busuttil.
Mal-mument li l-PN ħabbar id-deċiżjoni tiegħu, dlonk kiteb Norman Vella, illum eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista. Norman Vella saħansitra irriżenja minn membru tal-partit.