Illum għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet serqa minn ħanut tal-ħaxix fi Triq l-Isqof FS Caruana, Msida.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad u armat b’sikkina, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxier, raġel ta’ 53 sena li jirrisjedi s-Siġġiewi.
Ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.