Il-bini tas sit ta’ housing soċjali ġdid f’Tas-Sisla Birkirkara huwa lest u issa bdew jiġu mgħoddija s-servizzi u l-finishes. Is-sit ta’ 3,000 metru kwadru jinkludi sitt blokok b’73 appartament u 56 garaxx li qegħdin isiru b’investiment li jeċċedi l-€4.3 miljun.
Il-Ministru Roderick Galdes stqarr li dawn il-proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali madwar pajjiżna huma evidenza ċara tal-impenn li għandu dan il-Gvern sabiex ikompli joffri saqaf fuq ras familji li għandhom bżonn. Dan fid-dawl li f’din il-binja f’Tas-Sisla ser jintlaqgħu l-ewwel 70 familja fiż-żmien li ġej.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay stqarr kif dawn il-proġetti iridu jixprunaw il-mobbiltà soċjali u joffru l-opportunità biex min għaddej minn żmien diffiċli jerġa’ jsib saqajh u jeċċella.