Fil-qorti kompla l-ġuri ta’ Anthony Bugeja minn Marsaxlokk u Piero Di Bartolo, li huma mixlija li qatlu lil Albert Brian Rosso fl-2005.
Fix-xhieda tiegħu s-surġent tal-Pulizija Antoine Fenech, li kien jaħdem mal-Forensika, wera r-ritratti tad-dar ta’ Bugeja waqt l-istħarriġ tal-pulizija.
Il-ġurati tħallew jidħlu biss fl-awla kwazi sagħtejn wara li d-Difiża u l-Prosekuzzjoni kellhom il-ħin kollu disponibbli għalihom sabiex jispjegaw fid-dettall lill-Qorti x’għandu jingħad u x’m’għandux jingħad quddiemhom.
Kitba: Anton Falzon