Il-waqfien mill-ġlied tant mistenni f’Gaza daħal fis-seħħ.
Fil-fatt il-Hamas ħarġet l-ewwel tliet ismijiet ta’ ostaġġi Iżraeljani li qed jippjana li jeħles l-ewwel aktar tard illum.
Il-waqfien mill-ġlied kellu jibda fit-08:30 ta’ filgħodu tal-Ħadd safa ttardjat fl-aħħar minuta wara li l-Hamas naqas milli jagħti lill-Iżrael il-lista tat-tliet ostaġġi fil-ħin. Hawnhekk il-Hamas wieġeb li d-dewmien kien dovuti għal raġunijiet tekniċi.
Sakemm daħal fis-seħħ il-waqfien mill-ġlied, l-Iżrael kompla bl-attakki tiegħu fuq Gaza, bi 13-il persuna rrappurtati mill-aġenzija tad-difiża ċivili mmexxija mill-Hamas li nqatlu.
Il-Hamas attakka lill-Iżrael fis-7 ta’ Ottubru tal-2023 u mietu madwar 1,200 ruħ u ħa 251 lura f’Gaza bħala ostaġġi
L-attakk wassal għal attakk massiv minn Iżrael fuq Gaza, li matulha nqatlu aktar minn 46,800 Palestinjan.