Kmieni l-Ġimgħa filgħodu daħal fis-seħħ ftehim għall-waqfien mill-ġlied bejn il-militanti tal-Hamas f’Gaża u l-Iżrael. Dan wara li mill-10 ta’ Mejju ż-żewġ partijiet infexxew f’bumbardamenti kontinwi, li ħasdu l-ħajja ta’ aktar minn 250 persuna, il-biċċa l-kbira f’Gaża.
Il-Ġimgħa filgħodu stess feġġew rapporti ta’ ġlied fil-Lvant ta’ Ġerusalemm, iżda jidher li dan inżamm taħt kontroll.
L-Iżrael qal li ġew sparati akar minn erbat elef rokit minn Gaża. Iż-żewġ naħat iddikjaraw rebħa f’dan il-kunflitt.