Raġel mgħammad seraq flus kontanti waqt hold-up fi spiżerija f’Ta’ Xbiex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-17:45 fi Triq Abate Rigord meta l-istess persuna daħal armat b’arma tan-nar u mgħammad fejn talab lill-kaxxier preżenti, ġuvni ta’ 25 sena mill-Mosta l-flus li kien hemm fil-cash register.
Jidher li malli ħa l-flus, il-ħalliel ħarab minn fuq il-post fejn il-Pulizija bħalisa għaddejja bi tfittxija għall-allegat ħalliel.