Kmieni dalgħodu fuq is-sit soċjali ta’ Facebook beda jiċċirkola filmat ta’ ġuvni li mar f’ħanut, sab granita u lagħaqha biex imbagħad poġġiha lura f’postha.
Dan il-filmat qajjem għagħa kbira min-nies li rawh. Kienu ħafna li rrabjaw fuq kwistjoni ta’ iġene u kkundannaw l-aġir tiegħu. Dan filwaqt li ħafna qalu li dan il-filmat mhu xejn ħlief ċajta u xejn iktar.
Il-persuna li xerrdet il-filmat fuq il-grupp ‘Are you being served’ stqarret li hi lesta tiskuża ruħha jekk ikollha l-provi din kienet ċajta.
Il-ġuvni spjega fuq Facebook li dan il-filmat li ġie ppostjat fuq l-app ta’ ‘tiktok‘ kien biss ċajta filwaqt li stqarr li kien miftiehem ma’ sid il-ħanut, ħallas għall-granita li lagħaq u minkejja l-fatt li l-filmati juri li reġa’ poġġa l-granita f’postha, dan allegatament ħadha lura miegħu d-dar.