Raġel mgħammad daħal f’residenza ta’ mara Ingliża ta’ 89 sena u allegatament serqilha xi deheb li kienet liebsa. Dan seħħ illum għall-ħabta tan-nofsiegħa fi Triq l-Imriekeb, f’Marsaskala.
Il-mara sofriet xi ġrieħi ħfief u ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura.