Żwieġ għall-koppja Brażiljana ma tantx beda fuq nota tajba dan hekk kif raġel, li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, daħal warajhom fil-knisja b’kalma kbira u spara fuq żewġ persuni li kienu qed jattendu ċ-ċerimonja.
Il-każ seħħ l-Ħadd wara nofsinhar fi knisja f’Limoeiro de Anadia fil-Brażil.
Skond informazzjoni li ppubblika Miscopy, r-raġel daħal bl-għan li jispara tiri fuq Cicero Barbosa da Silva, ta’ 62 sena, u t-tifel tiegħu Edmilson Bezerra da Silva, ta’ 37 sena, waqt li kienu xhud fiċ-ċerimonja.
Iż-żewġ persuni, li sfaw feruti, ittieħdu b’ambulanza l-isptar biex jirċievu l-kura neċessarja. Huma ġew iċċertifikati li huma f’kundizzjoni stabbli. L-aggressur ħarab minn fuq il-post.