F’għeluq l-ewwel jum li fetħu n-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali daħlu żewġ nominazzjonijiet.
In-nominazzjonijiet daħlu waħda fuq il-ħames distrett, mill-kandidat Laburista Gianluca Cutajar u oħra fuq il-ħdax-il distrett mill-kandidat Laburista Anthony Agius Decelis.
L-elezzjonijiet każwali fuq iż-żewġ distretti msemmija se jsiru wara li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru Miriam Dalli ċedew dawk is-siġġijiet rispettivi.