Il-Malta Enterprise rċeviet elf mitejn ħamsa u tletin applikazzjoni, fl-ewwel jum li bdiet tilqa’ l-applikazzjonijiet għall-miżuri t’għajnuna lin-negozji.
Il-Gvern se jħallas paga ta’ tmien mitt ewro fix-xahar lil madwar sittin elf ħaddiem li jaħdmu f’oqsma li ntlaqtu mill-impatt ekonomiku kawża ta’ dan il-virus.
Bl-applikazzjonijiet li rċeviet il-Malta Enterprise fl-ewwel jum se tkun qed tgħin lil elfejn tlett mija disgħa u erbgħin ħaddiem li jaħdmu ġimgħa sħiħa u tliet mija erbgħa u disgħin ħaddiem fuq bażi part time.
L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru minn fuq is-sit covid19.maltaenterprise.com. Fuq is-sit hemm il-miżuri mħabbra mill-gvern fi tliet pakketti finanzjarji.
Anthony David Gatt mill-Malta Enterprise spjega kif min se japplika se jkun gwidat għal xiex huwa intitolat li jibbenefika.
“Iddaħħal vat number. Hemm żewġ kategoriji. Jew dak li għalqu għax ġgħelhom l-awtoritajiet dawn se jieħdu l-massimu. It-tieni hija għall-kumpaniji li mhux ġew affettwati daqs tal-ewwel imma l-gvern se jgħinhom ukoll.”
Il-Ministru għall-ekonomija Silvio Schembri tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jgħin lill-negozji u intrapriżi li ġew affettwati minħabba l-coronavirus.
Sens pozittiv li qe dnircievu. Ħaddiema għandu serħan il-moħħ. Aġġoranajna l-lista tal-ħaddiema. Biex l-ħaddiema jkomplu jibbenefikaw.
L-applikazzjonijiet ħa jibqgħu miftuħa għal żmien indefinit.
Kumpaniji u negozji jistgħu jingħataw l-għajnuna mill-Malta Enterprise billi jċemplu fuq 144 jew jibagħtu email fuq covid@maltaenterprise.com