Persuna jew persuni mhux magħrufa daħlu jisirqu minn ħanut ieħor fil-Ħamrun. Ħanut li nzerta kien tal-istess familja li għandha ħanut tal-ħwejjeġ tal-kbar, u li jumejn ilu kien fil-mira ta’ serqa oħra. Kien kmieni dalgħodu li s-sidien tal-ħanut indunaw li kienu sfaw minn serqa oħra. Il-każ seħħ tard filgħaxija fi Triq il-Kbira San Ġużepp meta persuni jew persuna mhux magħrufa sgassaw is-seratura u serqu flus kontanti.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet.