Daħlu fis-sistema Ingliża karti tal-flus ġodda b’wiċċ ir-Re Karlu Tlieta, għalkemm għad jonqos ftit biex jibdew jiġu wżati fil-kartieri tan-nies.
Dan għaliex se jkunu qed jieħdu post gradwalment dawk il-karti tal-flus li huma difettużi, jew meta tiżdied it-talba.
Ir-Re huwa t-tieni personaġġ mill-monarkija li se jidher fuq il-karti tal-flus, wara r-Reġina Eliżabetta t-Tieni, li dehret għall-ewwel darba fl-1960.
In-nies għadhom jistgħu jużaw il-karti tal-flus eżistenti li jġorru wiċċ ir-Reġina.