Fi Sqallija daħlu t-tliet mija u tlieta u ħamsin immigrant abbord il-bastiment Sea Watch 4.
Fil-port ta’ Palermu l-immigranti dehru jinżlu mill-bastiment għal fuq ieħor fejn qed jinżammu kwarantina.
Il-Gvern Malti żamm sod mal-pożizzjoni tiegħu u dejjem saħaq li ma jdaħħalx immigranti li jġibu l-vapuri tal-għaqdiet mhux governattivi.
Malta kienet ċara mal-għaqdiet u mal-pajjiżi li tagħhom il-vapur itajru l-bandiera, li ma jistgħux iniżżlu immigranti f’pajjiżna.