Minn informazzjoni li għadha kemm daħlitilna jidher li hemm persuna maqbuda fl-isplużjoni li għadha kemm seħħet.
It-toroq u l-akwati fejn seħħet l-isplużjoni għadhom magħluqin minħabba l-biża ta’ periklu li għad hemm.
It-temp, b’xita qliel, mistenni jtellef ukoll il-ħidma tal-ħaddiema fuq il-post.
Intant, il-Pulizija f’kitba fuq Facebook għadha kemm appellat lill-pubbliku sabiex jevita din iż-żona u jagħtu preċedenza lill-vetturi tal-emerġenza.
Aktar qabel:
Is-Sibt filgħodu splużjoni qawwija seħħet fil-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-07:00 fl-akwati ta’ Misraħ Ħlantun.
Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ħaddiema mit-Taqsima tal-Isplussiv u Ordinanza tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Preżenti fuq il-post hemm ukoll diversi timijiet mediċi mill-isptar Mater Dei.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li fil-post kien hemm persuna.
Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri permezz ta’ Facebook kkonferma li l-isplużjoni seħħet fil-kamra tan-nar ta’ San Ġużepp f’Ħal Kirkop.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.